Ġimgħa Kbira – It-Tlieta 4 ta’ April 2023 fis-7pm fil-Katidral tal-Mdina

Il-parroċċa tal-Katidral tal-Mdina flimkien mat-treġija tal-Arkivju fi ħdan l istess entità ser itellgħa kunċert mużiko-letterarju u riflessjoni bit-tema’ Ġimgħa Kbira. Din l-okkażjoni ser issir għal-ewwel darba quddiem is-sepulkru tal-katidral nhar it-Tlieta 4 ta’ April fis-7pm. Is-serata ta’ madwar siegħa hija msawwra bi ħsibijiet spritwali, liturġici, ikkumplimentati b’xoghlijiet mużikali u oriġinali mill-arkivju li ser jindaqqu għall-ewwel darba.

Il Cappella Musicale Caeciliana ser tesegwixxi żewġ lamentazzjonijiet relatati mall-jiem tal-Erbgħa tat-Tniebri u l-Ħamis ix-Xirka, xogħol Dr Giuseppe Vella, li kien Maestro di Capella tal-Katidral fl’1860. Xogħol ieħor huwa O Quod Undis Lacrimarum ta’ Mro Joseph Abela Scolaro, miktub għal żewġ vuċijiet maskili. Ser jindaqq ukoll Ego Propter Te innu ta’ jum il-Ġimgħa l-Kbira xogħol il-Kan. Luigi Fenech.

Fost l-interventi litterarji, is-serata tinkludi test storiku dwar is-sepulkru tal-katidral, struttura arkitettonika ta’ forza komunitattiva qawwijja li nħadmet apposta biex jitpoġġa s-sagrament għall qima biex jitfakkar it-twaqqif tal-Ewkaristija waqt il-funzjoni ta’ nhar Ħamis ix-Xirka. Intervent ieħor jitratta l-orġini u l-iżvilupp tas-sepulkru skont il-liturġija tal-knisja. Id-dħul ikun bla ħlas iżda naprezzaw donazzjonijiet b’risq il-konservazzjoni ta’ din l-opra fil-parroċċa tagħna.

 

https://fb.me/e/3ken6tCqc