IL-ĦAMIS 28 TA’ ĠUNJU
5.15pm : Il-Kapitlu Metropolitan flimkien mal-Arċipriet tal-Parroċċa tar-Rabat jilqa’ Mons Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Bieb tal-Knisja Arċipretali. Wara ngħaddu għal-Kappella ta’ San Publiju, minn fejn ninzlu għall-Grotta ta’ San Pawl.
5.30pm : Titkanta l-Antifona u l-Innu
5.45pm : Traslazzjoni tar-Relikwiji. Purċissjoni bis-sehem tal-Fratelli tal-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp, u tgħaddi minn dawn it-toroq: Triq San Pawl, Triq San Ġużepp, Triq Santu Wistin, Howard Gardens, Misrah San Publiju, Triq Beata Maria Adeodata Pisani, Triq Villegaigon, u Misraħ San Pawl.
6.15pm : l-Ewwel Għasar Pontifikali mmexxi min Mons Charles J.Scicluna, Arċisqof ta’ Malta. Jiehu sehem il-Kor tal-Katidral taħt it-tmexxija ta’ Fr. Aurelio Mule Stagno.
7.00pm : Quddiesa tal-vġili.
IL-ĠIMGĦA 29 TA’ ĠUNJU
8.30am : ifħir ta’ Sbiħ-il Jum Kantat.
9.00am : joħroġ il-Kapitlu Metropolitan proċessjonalment għall-Palazz ta.’Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna biex iwassluh l-Katidral
9.30am : Monsinjur Arċisqof Charles J.Scicluna flimkien mal-Kapitlu Metropolitan jmexxi Konċelebrazzjoni Pontifikali.
5.00pm : It-Tieni Għasar Kantat. Repożizzjoni tar-Relikwiji. Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Monsinjur Dun Alwig Deguara jmexxi.
6.00pm : Quddiesa tal-ħin.
Mons. Anton Cassar
Arċipriet