Il-Pusses tal-Arcipriet tal-Katidral Mons.Claude Portelli

Mons. Claude Portelli beda uffiċjalment il-ħidma pastorali fil-parroċċa tal-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina. Waqt il-quddiesa li tat bidu din il-ħidma, nhar it-3 ta’ Novembru 2024, l-Arċisqof Charles J. Scicluna qal kif l-arċipriet tal-Knisja huwa ragħaj, mezz ta’ għaqda u eżempju tal-imħabba fis-servizz tiegħu lejn il-poplu.

L-Arċisqof talab sabiex fl-irwol ġdid ta’ Mons. Claude Portelli, il-Mulej jagħtih id-don li jisma’, li jħobb u li jirgħa l-merħla fdata lilu, u jżomm dejjem lil Alla fiċ-ċentru tal-vokazzjoni tiegħu.

Nawguraw lil Mons. Portelli u nitolbu l-Ispirtu s-Santu biex imexxih f’din il-missjoni ġdida.